Skip to main content

L- Assocjazzjoni ghas-Sahha Mentali (MHA) twaqfet fl-1982 minn qraba ta’ persuni b’mard mentali u professjonisti li flimkien hassew il-bzonn li jwaqfu ghaqda ta appogg ghall-familjari ta dawn in-nies li jkollhom ihabtu wicchom ma hafna sfidi.

Sal gurnata tal-lum din l-Assocjazjoni tahdem biss bil voluntiera li ghandhom ghal qalbhom dan is-settur.  

L- ghanijiet  ta din l-assocjazzjoni huma 

Tinforma, Teduka u tappoggja l-familjari ta persuni b’mard mentali.

Tikkumbatti l-istigma li tezisti dwar dan il-mard billi tiffacilita l-integrazzjoni

Tkun il-lehen qawwi, sod u konsistenti tal-familjari mgarba f’dan il qasam biex dawn jigu apprezati, mismugha u meghuna fil bzonnijiet taghhom biex jibqghu jiehdu hsieb il qarib jew qariba taghhom.

Dawn l-ahhar snin sar progress fil-qasam mentali pero sfortunatament ghadna naghmlu id-distinzjoni bejn mard fiziku u mard mentali. Din l-atitudni taghmel hafna hsara u tkompli izzid l-istigma li tezisti f’kull qasam tal-hajja ta dawn in-nies, li, barra li jkollhom jikkumbattu mal marda jridu jiffaccaw il-preguddizji fil-familja, fuq il post ta xoghol jew edukazzjoni, fil kommunita, kif ukoll biex isibu impjieg.

Il- United nations High Commisioner ghad- drittijiet tal Bniedem qal hekk:

“Mental Health is NOT just a medicine and health concern But it is very much a matter of Human Rights, Dignity and Social Justice”

 Ghalhekk hemm bzonn li meta jigu mfasla ligijiet, servizzi tas-sahha u socjali, beneficji socjali, edukazzjoni u kundizzjonijiet ta xoghol huwa essenzjali li jkunu mmirati ukoll ghal bzonnijiet ta nies li ghandhom problemi ta sahha mentali.

Hemm bzonn  li dawn in-nies jinghataw servizzi terapewtici mehtiega  u accesibli, jigifieri f’waqthom u bla hlas. Dawn is-servizzi, kemm fil kommunita u kemm fl-isptarijiet jridu jkunu ta kwalita gholja u li wiehed isibhom malli jinqala l-bzonn. Li l-medicini li jinghataw ikunu effettivi u moderni. Li l-medicini li gew imweghda fil Budget ta 2020 li sfortunatament ghadhom mhux accessibli mill POYC jigu pprovduti u  li l-isptar akut li  kien imwieghed fin- National Mental Health Strategy ta 2020-2030 jinbeda, jitlesta u jibda jintuza. Ta min jghid li biex nilhqu qwalita gholja ta kura hemm bzonn ta numru adekwat ta nies professjonisti mharga sew,li jlahhaq mal-popolazzjoni ta Malta u Ghawdex. Hekk biss nistghu niffaccjaw l-isfidi li jezistu f’dan il qasam kemm fil kommumita kif ukoll fl-isptarijiet.

Bhallissa tezisti ngustizja socjali kbira ma nies bi problemi ta sahha mentali fl-ghoti ta beneficji partikolarment dak ta Severe Disability Allowance.  Il-Board li jidditermina l-elligibilta ta min jinghata dan il-beneficju mhux qed juza criterji li huma addatati ghal mard mentali. Sahansitra l-ex  Kumissarju ghas-sahha mentali Dr John Cachia kien irrakomanda li dan il-Board ghandu juza ghodda li jidditermina l-livell ta dizabilita f’persuni bi problemi ta sahha mentali serji bhal tal World Health Organisation  DAS2.0

Minkejja li l-Mental Health Act Part 2 Section 4 tghid li Responsible carer ghandu jigi sapportjat fir-rwol tieghu bhala carer u jkun involut fil care plan, sfortunatament ftit li xejn jezistu dawn is-servizzi. Anzi ghalkemm issibhom f’qasam ohra ta dizabilta ma ssibhomx fil-qasam ta sahha mentali, per ezempju ghajnuna fizika jew finanzjarja lill responsible carer. Hemm bzonn ta carer’s assessment obligatorju biex jigu dentifikati l-htigijiet kollha tal carer u tigi provduta l-ghajnuna mehtiega biex dan ikun jista jaqdi ir-rwol essenzjali ta carer. Fost dawn is-servizzi nistghu nsemmu Family therapy, support groups, respite u rehabilitation centres. Imma, jinhass il-bzonn ta l-introduzzjoni ta servizz gdid ta Key person li tghin il-pazjent u l-familjari biex jikkomunikaw mal professjonisti u biex jaghmlu l-ahjar uzu mis-servizzi ezistenti.

Hemm bzonn ta aktar postijiet ta rijabillazjoni  fil-kommunita li joffru servizz lill kull min ibati minn mard mentali serju , kemm short term kif ukoll long term. Dawn l-ahhar snin il gvern trasferixxa numru sostanzjali ta pazjenti li kienu residenti f’MCH f’dawn id-djar ta sapport jew rijabilazzjoni, fil waqt li dawk il persuni li jghixu mal familjari taghhom, li jaf ikunu anzjani  ftit jew xejn ghandhom ic-cans li jsibu post addattat ghalihom.  

Hemm bzonn li l- Ministeru tal-housing ukoll ikun sensittiv  ghal bzonnijiet ta  persuni bi problemi ta sahha mentali. Dawk in-nies li m’ghandhomx familjari li jiehdu hsiebhom ikollhom jirrikorru ghal Mount Carmel Hospital.

 Dawn huma l-ligijiet u servizzi essenzjali li l-familjari ta nies bi problemi ta sahha mentali jixtiequ li jissahhu biex jghinuhom  ikollhom  hajja li tixraq lill kull bniedem u li tir-rispetta id-dinjita u drittijiet taghhom. 

Share your experience (#6)
Donation Form (#3)

Kindly complete this form to pledge your donation. 

Become a member (#5)
Volunteer Application (#4)